Il-Ministeru għall-Edukazzjoni xejjen għal kollox ix-xniegħat li qed iduru fosthom fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista li hawn nuqqas kbir ta’ għalliema fl-iskejjel tal-istat.
Fi stqarrija ċara u skjetta, il-Ministru għall-Edukazzjoni saħaq li f’aktar minn mitt skola pubblika hemm 3,600 għalliem jaħdmu u bħalissa hemm biss bżonn ta’ 3 għalliema.
Dan ġara wara li fl-aħħar jiem dawn l-għalliema rriżenjaw u l-post tagħhom mistenni jimtela’ din il-ġimgħa stess.