Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu indirizza konferenza dwar ix-xogħol organizzata mill-General Workers Union u l-Forum Unions Maltin.
F’dan l-istadju ta’ diskussjonijiet appella li biex jintlaħaq il-ftehim aħħari, jeħtieġ li kulħadd iċedi biċċa. Dan meta baqa’ xi ftit kwistjonijiet minuri xi jkunu riżolti.
Il-progress sar wara li saru ħafna laqgħat mal-partijiet ikkoncernati. Laqgħat estensivi bl-involviment taċ-chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u ekonomiku, John Benicini.
Waqt il-konferenza bl-isem ‘L-Isfidi Soċjo-Ekonomiċi Ewropej fid-Dinja tax-Xogħol’, il-Prim Ministru nnota t-titjib ekonomiku u progress soċjali.
Hu rrimarka kif dan kien gvern li għamilhom it-tnejn.