Raġel nefaq madwar $50,000 fuq kirurġija plastika biex jiġi qishu aljen – u daqt se jneħħi l-parti ġenitali tiegħu biex lanqas jiġi identifikat taħt ġeneru.
Vinny Ohh, li għandu 22 sena u resident Los Angeles f’Kalifornja, għamel madwar 110 proċedura sabiex jittrasforma lilu nnifsu f’aljen mingħajr ġeneru.
Ohh jemmen li hu la huwa raġel u lanqas mara u għalekk id-dehra li tiegħu hi bbażata fuq kif iħossu minn ġewwa.
Issa qed jippjana li jonfoq $160,000 f’kirurġija biex ineħħi l-parti ġenitali tiegħu, in-nipliet u kif ukoll iż-żokra.
“Ma rridx li n-nies jaħsbu li qed nipprova nsir mara għalekk iddeċidejt li nneħħi dak kollu li jista’ jidentifika li għandi ġeneru,” temm jgħid Ohh f’intervista ma’ sit barrani.