One Sport jista’ jikkonferma l-aħbar li żvela l-ġimgħa li għaddiet dwar ir-ritorn tad-difensur internazzjonali Malti Jonathan Caruana. Caruana kien ġie sospiż għal erba’ snin min-NADO (National Anti-Doping Organisation) wara li instab ħati li għamel użu minn sustanzja projbita, deċiżjoni li d-difensur ta’ Valletta appella minnha, liema appell intlaqa’ mill-CAS (Court of Arbitration for Sport).Is-sentenza tnaqqset għal sitt xhur, perjodu li ġie skontat mill-plejer u għalhekk issa huwa liberu li jerġa’ jibda jitħarreġ mat-tim ta’ Valletta FC u fil-jiem li ġejjin ikun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Danilo Doncic.
Kienu bosta plejers u partitarji li awguraw lil Caruana għar-ritorn tiegħu, mhux b’inqas plejers u persuni mill-amministrazzjoni ta’ Valletta FC.