Is-Sur Jonathan Cardona nħatar bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Residenza Malta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri.
Dan tħabbar permezz ta’ stqarrija mill-Gvern hekk kif ġie spjegat li Is-Sur Cardona ġej minn snin ta’ ħidma fl-oqsma taċ-ċittadinanza u r-residenza Maltija. Hu għandu wkoll esperjenza vasta fl-oqsma tat-tmexxija u d-diplomazija, fejn anke serva bħala Sherpa f’isem Malta għall-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Byron Camilleri feraħ lil Jonathan Cardona għal din il-kariga ġdida fdata lilu. Il-Ministru Camilleri żied jirringrazzja lis-Sur Charles Mizzi għall-ħidma li wettaq fl-Aġenzija Residenza Malta, filwaqt li kompla jsemmi kif is-suċċessi tal-programmi mħaddma minn din l-aġenzija għandhom jibqgħu sostnuti u konsolidati biex pajjiżna jibqa’ jattira l-aqwa talenti internazzjonali li jikkontribwixxu għall-ekonomija ta’ Malta.