L-Avukat Jonathan Attard inħatar Deputat Parlamentari, l-Erbgħa waranofsinhar.
Fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela ressaq il-mozzjoni ta’ co-option ta’ Membru Parlamentari, li għaddiet b’mod unananimu.
Wara Dr Attard ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari ġdid.
Fl-ewwel indirizz tiegħu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, Jonathan Attard qal li huwa se jkompli jaħdem biex jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.
Dr Attard inħatar bħala membru parlamentari wara r-riżenja ta’ Manuel Mallia li nħatar bħala Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit.
Fi stqarrija qabel, il-Partit Laburista qal li Attard inħatar wara li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista qablu unanimament li jkun co-opted fil-parlament.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/14/jonathan-attard-se-jigi-co-opted-ghal-deputat-parlamentari/
Ritratt: (DOI – Kevin Abela)