Kompla l-każ ta’ Jomic Calleja ta’ 34 sena li qed jiġi akkużat li allegatament xtara u prova jdaħħal splussiv f’Malta.
Fil-qorti ħareġ li allegatament Jomic Calleja prova jixtri l-velenu, materjal radjoattiv kif ukoll splussiv tat-tip C-4.
Fl-aħħar seduta espert tal-qorti li ħa testijiet tal-kaligrafija ta’ Calleja u l-missier bioloġiku tiegħu, sab li Jomic iffalsifika firma tal-missier bioloġiku tiegħu, meta ffirma kuntratt biex jikri showroom f’Ħal Qormi.
Għaldaqstant, l-Ispettur Omar Zammit preżenta akkużi ġodda fil-konfront ta’ Jomic u akkużah b’falsifikar ta’ firem.
Xehed sid il-kirja, mistoqsi mill-Magistrat Donatella Frendo Dimech, Domnic Bonnici u qal li Jomic ħa l-kuntratt miegħu u qal li se jiffirma missieru. Xehed ukoll Raymond Muscat li qal ukoll li Jomic qalilhom li se jiffirma missieru imma ma jafx x’għamel.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit.