Il-qorti reġgħet ordnat sabiex Jomic Calleja ta’ 34 sena jinżamm arrestat.
Huwa qed jiġi akkużat li allegatament xtara u prova jdaħħal splussiv f’Malta u b’falsifikar ta’ firem.
Fil-Qorti kien nstema’ li allegatament Jomic Calleja prova jixtri l-velenu, materjal radjoattiv kif ukoll splussiv tat-tip C-4.
Il-Pulizija qed tinvestiga min kien fil-mira ta’ Jomic Calleja.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit.