Sewwieq ta’ vettura tat-tip Volswagen qed jitlob għall-għajnuna wara li dalgħodu sab il-vettura tiegħu bil-ħsarat.
Dan hekk kif fil-ħin bikri ta’ dalgħodu vettura tat-tip Mazda baqgħet dieħla f’ġenb ta’ din il-vettura bl-impatt ikun tant qawwi li l-vettura tal-Volkswagen, li kienet ipparkjata, kellha impatt ma’ vettura li kienet ipparkjata quddiema. Il-każ seħħ fil-00:54 ta’ filgħodu qrib Falzon Petrol Station f’Birkirkara. Is-sewwieq tal-vettura Volkswagen qed jitlob għall-għajnuna biex jinstab min ħabat fih u ħarab minn fuq il-post hekk kif hu ma jistax jiftaħ claim mal-kumpanija tal-assigurazzjoni.
Spjega kif min ħabat fih ħarab minn fuq il-post u kien qed isuq vettura tat-tip Mazda Demio jew Mazda 2 u hi ta’ lewn oranġjo, dan skont informazzjoni li kiseb minn filmat tas-sigurta’ ta’ ħanut fil-qrib.
Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jċempel b’mod anonimu 7944 7619.