Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla tressaq il-qorti akkużat li saq b’mod traskurat u laqat tliet karozzi fl-Isla u baqa’ għaddej.
Il-każ ġara l-Isla fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
Huwa kiser kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest, fuq żewġ sentenzi li ngħata. Inbstab ukoll li huwa riċediv.
L-avukat Mario Mifsud talab sabiex jiżamm fil-Forensic Unit. Qal li l-akkużat mill-ħabs ma ħariġx aħjar imma ħareġ mimli dwejjaq.
Issa se jkun id-Direttur tal-habs li jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet wara li anki jiġi analizzat is-saħħa psikoloġika tal-akkużat.
Il-Magistrat Marsanne Farrugia ordnat sabiex l-akkużat jinżamm arrestat.
Għall-akkużat deher l-avukat Mario Mifsud.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Eman Hayman.