Ħareġ mill-kura intensiva Chris Agius, ir-raġel li fl-ewwel jum ta’ Settembru ittajjar fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Ir-raġel ta’ 50 sena, residenti Wied il-Għajn kien intlaqat minn vettura tat-tip Mazda Demio, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena, residenti Birkirkara.
Għal xi ħin huwa kien jinsab fil-periklu tal-mewt.