Wieħed mill-vittmi tal-isplużjoni tal-bieraħ f’Marsaxlokk ħareġ mit-taqsima ta’ kura intensiva fl-isptar Mater Dei fejn qatta’ ġurnata taħt oservazzjoni. B’kollox kienu erba’ l-vittmi li spiċċaw Mater Dei. Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-kamra tan-nar tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq, il-kollegi ta’ Emanuel esprimew ir-ringrazzjament tagħhom għal dawk kollha li wrew simpatija mal-vittmi.