Ħareġ mill-koma u beda jitkellem ma’ qrabatu Simon Morrison il-vittma li ndarab gravi fl-inċident li seħħ bid-double decker iż-Żurrieq.
B’bosta ġurnali internazzjonali jqisu dan l-iżvilupp bħala miraklu dan hekk kif il-vittma qed jirnexxielu jieħu n-nifs waħdu kif ukoll qed jehmeż.
Simon Morrison li huwa l-kowċ ta’ Aberdeen Youth Football kien qed jissielet għall-ħajtu wara li kawża tal-inċident ġarrab ġrieħi gravi f’rasu, kiser idu kif ukoll indarab f’għajnejh malli d-double decker daħlet f’siġra liema inċident waslu sabiex safa f’koma.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, Morrison ġie trasferit għal Aberdeen Royal Infirmary fejn tpoġġa taħt kura intensiva.