Rabja kbira fl-Italja, hekk kif wara 25 sena ħareġ b’mod liberu mill-ħabs il-mafjuż u qattiel magħruf Giovanni Brusca. Dan wara li ħadem id f’id mal-pulizija Taljana sabiex setgħu jiġu arrestati mafjużi oħra mill-Cosa Nostra.
Brusca kien iddikara li waħdu qatel u ordna l-qtil ta’ 150 persuna, bl-aktar omiċidju li jibqa’ magħruf għalih ikun dak meta b’bomba qatel ħames persuni inkluż il-Maġistrat Giovanni Falcone.
Brusca ordna wkoll il-qtil ta’ tifel ta’ 14-il sena wara li żammu ostaġġ. Ġisem it-tifel, li kien inqatel fgat, kien ġie mitfugħ ġo tank mimli aċtu.