Raġel li kien akkużat li weġġa’ lis-sieħba tiegħu inħeles, wara li l-Qorti ddeċidiet li x-xhieda tas-sieħba tiegħu ma kinitx konsistenti.
Huwa kien akkużat li fl-elfejn u dsatax f’daru, kisrilha snienha b’daqqa ta’ ponn, iżda skont xhieda ta’ dentist, snien il-mara kienu waqgħu għax kienu mħassrin.
Fil-Qorti l-mara kienet sostniet li darba minnhom ir-raġel daħal id-dar xurban u l-mara qalet li riedet titilqu, u hawn ipprova jifgaha u taha daqqa ta’ ponn.
L-akkużat qal fil-Qorti li dakinhar hija bdiet targumenta miegħu u tagħtu daqqa f’sidru u għalhekk ħareġ ’l barra.
Qal li tagħtu wkoll daqqiet bil-ponn u b’tazza mkissra, u saħansitra gidmitu, għalhekk dan iddefenda lilu nnifsu.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sostniet li ż-żewġ stejjer tal-akkużat u l-mara kienu kontradittorji, iżda tal-mara kienet inkonsistenti, u l-istorja tar-raġel qatt ma nbidlet.
Intqal ukoll li ebda ġrieħi ma nstabu m’għonq il-mara, u b’hekk jidher li mhux minnu li r-raġel ipprova jifgaha.