Se jkun qed isir xogħol ta’ restawr fuq Dar l-Ammiraljat fil-Belt Valletta wara li nħareġ l-permess meħtieġ mill-Kummisjoni tal-Ippjanar.
Ix-xogħlijiet se jinkludu restawr fuq iż-żewġ faċċati tat-triq li jinsabu fi Triq in-Nofsinhar u Old Mint, filwaqt li jsiru l-bidliet neċessarji biex jinbnew uffiċini. Il-proġett se jinkludi installazjoni ta’ panelli fotovoltajiċi fuq il-bejt.
Malli jitlesta l-proġett, l-uffiċji jibdew jintużaw mill-Avukat Ġenerali, bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-proġett. Intant il-biċċiet tal-arti li hemm fil-mużew se jkunu rilokati lejn l-Auberge d’Italie li bħalissa qed isir xogħol fuqha mill-mużew nazzjonali tal-arti.
Fl- 1974, Dar l-Ammiraljat kienet inawgurata bħala l-Mużew Nazzjonali tal-arti fina.