L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permess sabiex art li tinsab f’Kordin tinbidel f’grawnd tar-rugby kif ukoll tal-futbol għat-tim tal-Hibernians FC.
Dan l-investiment ser jiġi jiswa €7.2 miljun fuq sit ta’ 15,000 metru kwadru. Il-proġett se jkun qed jieħu madwar sentejn u nofs sabiex jitlesta u ser ikun jista’ jilqa’ fih madwar 700 spetattur.
ProjectsPlus ser tkun qed tibda x-xogħlijiet fuq dan il-grawnd fil-ġimgħat li ġejjin liema grawnd ġie approvat mill-International Rugby Board u anke l-UEFA.