Il-kesħa xxoqq il-għadam ma waqqfitx lil raġel milli jiġri għarwien fit-toroq ta’ Bormla tard ilbieraħ filgħaxija. Ir-raġel ma ħalla xejn għall-immaġinazzjoni, hekk kif b’nuċċali biss fuq rasu beda miexi qrib l-Għassa ta’ Bormla għarwien ħuta b’diversi persuni li lemħuħ bdew jiġbdulu l-filmati u r-ritratti.
Kelliema għall-Pulizija qalu ma’ ONE News li ma saru ebda rapporti b’rabta ma’ dan il-każ.