Waqt konferenza tal-aħbarjiet ftit tal-ħin ilu, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qali li mill-konferenza tal-aħbarijiet tas-Sibt li għadda sal-lum, il-poplu Malti u Għawdxi baqa fil-għama dwar jekk il-PN ħallasx lura l-kwart ta’ miljun li tah Zaren Vassallo.
Flus li Vassallo ta xahar wara li ngħata art f’Ħal Qormi minn Jason Azzopardi, b’mod li l-Awditur Generali jiddeskrivih bħala wieħed li ghandu jwassal li tintrefa’ responsabbiltà politika.
Il-Ministru qal li Simon Busuttil ma kienx kapaċi jippublika prova waħda li turi li l-kaz Lowenbrau ma kellu x’jaqsam xejn mal-għotja ta’ €250,000 li tahom il-benefattur u benefiċjarju tagħhom Zaren Vassallo.
L-unika reazzjoni uffiċjali tal-PN kienet ‘get a life’ – tweġiba tipika tal-partit ta’ Salvu Mallia, li huwa partit tat-tpattija u attakki personali. “Din l-arroganza ma tbiddel xejn mid-domanda pertinenti li Simon Busuttil ma jridx iwiegeb” sostna l-Ministru Bonnici.
“Imbagħad” kompla jispjega Bonnici, “rajna gazzetta – The Malta Independent – li qalet li tkellmet ma’ sorsi fil-PN u qalulha li thallsu lura €100,000 mill-€250,ooo. Għaddew ftit sigħat u l-istess gazzetta qalet – ‘le, kellhom żball, tħallsu kollha lura f’Awissu li għadda! – ara x’tahwid”
Jekk hu hekk, osserva l-Ministru, is-Sibt wara l-konferenza tal-aħbarijiet, ghaliex il-Partit Nazzjonalista ma qabadx u qal ‘ħallasna kollox lura’, flok ‘get a life’?
Ikkonkluda li mhux vera li tħallsu lura l-flus li ta Zaren Vassallo lill-PN, xahar wara li l-istess PN fil-Gvern għamel miegħu deal medjokri ta’ Eur €700,000 fuq art li libera u franka tiswa tmien miljuni.
Il-Ministru qal li dan huwa ikkonfermat mill-Orizzont tal-lum, fejn hemm ippublikata email li ntbgħatet fit-tmienja ta’ Jannar li għadda, u li Ann Fenech wieġbet sitt’ijiem ilu – fl-10 ta’ Jannar
Ann Fenech qalet li l-PN qed jikkonkludi diversi ftehim mal-kredituri tiegħu, inkluż is-Sur Vasssallo
“Mela sitt’ijiem ilu qalu lill-media li qed jikkonkludu ftehim ma’ Zaren Vassallo, is-Sibt qalulna get a life, u lbierah l-Independent qaltilna l-ewwel li tħallsu lura €100,000, u wara li tħallsu lura €250,000. Il-PN inqabad, u ma jafx x’ħa jaqbad jgħid”.
Il-Ministru qal li mhux sorsi ma’ gazzetta hemm bżonn jitkellmu, imma Simon Busuttil jaqbad u jgħid xi ftehim hu dan li semmiet Ann Fenech ma’ Zaren Vassallo, l-interessi kemm huma, x’għotjiet iktar ta Zaren Vassallo lill-PN, huwiex fil-lista ta’ dawk li taw tliet miljuni f’cedoli.
“Fin-nuqqas ta’ dan” qak Owen Bonnici, “ma taghtix tort lil min ma jemminx li din m’hijiex koruzzjoni politika”
L-Awditur Generali kien ċar ħafna – Jason Azzopardi għandu jassumi r-responsabbilità. Temm jgħid “aħna għadna qed nistennew li Jason Azzopardi jerfaha din ir-responsabbilità”.