Jiġi ppubblikat l-aħħar abbozz ta’ ftehim COP26 wara li matul il-lejl li għadda baqgħu għaddejjin id-diskusjonijiet.
Dan l-abbozz ma fihx xi tibdil sinifikanti minn dak l-abbozz li ħareġ ilbieraħ.
Fosthom it-tnaqqis tal-użu tal-faħam kif ukoll il-pajjiżi huma mitluba jiżvelaw il-pjanijiet biex inaqqsu l-emissjonijiet sas-sena d-dieħla, ħafna qabel minn dak li kien ippjanat.
Intant, il-Kap tad-Delegazzjoni għall-COP26 tal-Oxfam qalet li l-pajjiżi foqra jinsabu fil-periklu u mhux qed jingħataw biżejjed importanza. Hija tenniet li fis-sigħat li ġejjin dan għandu jinbidel, hekk kif sostniet li l-abbozz għadu mhux tajjeb.