Il-Prinċep Harry qal “Nixtieq nerġa nġib lil missieri lura, nixtieq li jkolli lil ħija lura.” Dawn il-kummenti ħarġu meta ntwerew biċċiet minn intervista li saritlu, il se tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin.
L-intervista hi ma’ Tom Bradby ta’ ITV, u fiha jgħid li “ma wrew assolutament l-ebda rieda li jirrikonċiljaw,” għalkemm mhux ċar għal min qed jirreferi. Il-Prinċep qal ukoll li kien “tradut”, f’silta żgħira oħra li ħarġet minn intervista separata li għamel mal-istazzjon Amerikan CBS.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ma ħarġet ebda reazzjoni minn Buckingham Palace fid-dawl ta’ dawn it-‘trailers’ qosra . Iż-żewġ intervisti se jixxandru fit-8 ta’ Jannar, jumejn qabel ma jiġi ppubblikat il-ktieb tiegħu ‘Spare’.