Mijiet ta’ dimostranti, il-maġġoranza tagħhom irġiel, ħarġu fit-toroq tal-kapital tal-Afrika t’Isfel, Pretoria, jipprotestaw minħabba ż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal.
Wieħed mill-organizzaturi, Kholofelo Masha, qal li l-irġiel kellhom jieħdu responsabbiltà kollettiva dwar iż-żieda ta’ każijiet ta’ swat, attakki sesswali u kif ukoll qtil.
L-Afrika t’Isfel għandha waħda mill-ogħola rati ta’ abbuż sesswali madwar id-dinja .
Il-figuri tal-Pulizija wrew kif is-sena l-oħra kif hemm madwar 64,000 każijiet.
Id-dimostranti ħarġu fit-toroq ilbieraħ jimxu wara wara liebsa b’mod simboliku bl-abjad minn fuq s’isfel. Uħud minnhom kienu qed iġorru kartelluni bl-ismijiet ta’ nisa li nqatlu mis-sieħeb tagħhom.