Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mhux se jattendi għall-funeral tad-Duka ta’ Edinburgh sabiex jippermetti aktar membri tal-familja jattendu għall-funeral li se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-kappella ta’ San Ġorġ fil-kastell ta’ Windsor.
Id-Duka ta’ Sussex se jattendi, iżda martu, Meghan Markle, ingħatat il-parir mit-tobba tagħha li ma ssifirx minħabba t-tqala.
Minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, 30 persuna biss se jkunu jistgħu jattendu fosthom uliedu, in-neputijiet u membri oħra.