Il-ġimgħa li ġejja, il-Prim Ministru Ingiliż Boris Johnson se jkun qed ikellem lill-President Russu Vladimir Putin permezz ta’ telefonata. Dan fost it-tensjonijiet li r-Russja għandha l-pjanijiet li tinvadi l-Ukrajna, pjanijiet li s’issa dejjem ċaħdet.
Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern Ingliż intqal kif Johnson se jkun qed jisħaq fuq il-ħtieġa li r-Russja għandha tinvolvi ruħha b’mod diplomatiku, u biex tagħmel pass lura fil-pjanijiet li tibda gwerra mal-ġar tagħha.
Intant, il-Prim Ministru Ingliż qal li r-Renju Unit se jkun qed jibgħat lit-truppi tiegħu biex jiddefendi l-alleati tan-NATO jekk ir-Russja tinvadi l-Ukrajna.
Bħalissa fil-frutniera bejn ir-Russja u l-Ukrajna hemm mal-100,000 suldat Russu u anke armi tal-gwerra. Din hija l-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija l’hawn li r-Russja ċaqilqet truppi mil-Lvant tal-pajjiż għall-fruntiera mal-Ukrajna.