Illum, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson se jkun qed jiltaqa’ mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky fi Kiev b’turija ta’ appoġġ għall-Ukreni fost it-tensjoniet u biża’ li r-Russja tinvadi pajjiżhom.
Johnson se jkun qed iżur l-Ukrajna wara li r-Renju Unit ħabbar li se jkun qed jiffinanzja 88 miljun Sterlina bħala appoġġ sabiex l-Ukrajna ssib l-istabbiltà, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tagħha minn fuq il-provvisti tal-enerġija Russi.
Intant, it-Tnejn filgħaxija, Johnson qal li xorta waħda jixtieq li jkellem lill-President Russu Vladimir Putin, hekk kif it-telefonata li kellhom ippjanta din il-ġimgħa, tħassret.