Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jimmira li jsejjaħ elezzjoni għat-12 ta’ Diċembru li ġej u jħalli l-membri parlamentari jiddiskutu l-ftehim li laħaq mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit.
Huwa kiteb lil Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn fejn appellalu biex jappoġja l-proposta tiegħu biex tissejjaħ elezzjoni bikrija.
Johnson qal li l-Unjoni Ewropea kapaċi tagħti estensjoni lir-Renju Unit anki jekk huwa ma jixtieqx.
Ritratt: BBC News