Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, ġie ppreżentat bir-rapport tant mistenni mħejji minn Sue Gray b’rabta mal-ksur tar-restrizzjonijiet f’festini li saru f’Downing Street u kif ukoll f’dipartimenti oħra tal-Gvern.
L-Uffiċċju tal-Kabinett ikkonferma li Sue Gray ipprovdiet ir-rapport dwar l-investigazzjonijiet lill-Prim Ministru.
Intant Johnson indirizza lill-Kabinett u skuża ruħu għal mod kif ħa ħsieb dawn l-allegazzjonijiet.
Spjega kif se jagħmel tibdiliet dwar kif Downing Street u l-Uffiċċju tal-Kabinett qed jitmexxew biex titwettaq il-ħidma tal-Gvern.
Qal kif jixtieq joħloq uffiċċju tal-Prim Ministru filwaqt li wasal iż-żmien biex tingħata ħarsa lejn il-kodiċi ċivili tas-servizz pubbliku.