Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddefenda l-azzjonijiet tiegħu wara r-riżenja ta’ Matt Hancock minn Ministru għas-Saħħa Ingliż.
Ir-riżenja ġiet wara li Hancock deher jikser il-linji gwida ta’ distanza soċjali. F’filmati ppubblikati juru lill-eks ministru Ingliż ibus lill-kollega tiegħu.
Meta Johnson kien mistoqsi għala ma keċċiex lil Hancock, il-Prim Ministru Ingliż wieġeb li l-għada li ħarġet l-istorja fuq Hancock l-Gvern Ingliż kellu Ministru għas-Saħħa ġdid.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/06/26/jirrizenja-l-ministru-ghas-sahha-ingliz-wara-li-kiser-ir-regoli-marbuta-mal-covid-19-1/