L-eks Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson qal li l-President Russu Vladimir Putin kien heddu b’attakk ta’ missili waqt telefonata li kellhom ftit qabel ma r-Russja bdiet l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna.
Iż-żewġ mexxejja kienu f’konversazzjoni, li fiha Johnson beda jikkonvinċi lil Putin biex jirtira l-ħsieb tiegħu milli jinvadi lil Ukrajna.
Fil-fatt, fi Frar tas-sena l-oħra, l-eks Prim Ministru Brittaniku kien wissa lill-President Russu li l-gwerra kienet se tkun katastrofi assoluta. Żied jgħid li kien qallu li din se tkun tifsser ukoll baraxx ta’ sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja mill-Punent, kif ukoll aktar truppi tan-NATO mal-fruntieri Russi.
Johnson żvela ma’ BBC, li f’dak il-mument Putin wieġbu b’theddida u qallu li ma rridx iweġġgħu imma fakkru li attakk b’missila jieħu ftit minuti biss.
L-eks Prim Ministru Brittaniku qal li Putin uża ton rilassanti meta qallu hekk, allura ma kienx ċert jekk hux qed jgħidhielu bis-serjetà; madanakollu, xorta waħda qisha bħala theddida serja.
Ritratt: Gabriel Bouys/AFP/Getty Images