Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal kif madwar 40% tan-nies fl-isptarijiet fir-Renju Unit ma ħadu l-ebda tilqima kontra l-Covid-19.
Qal kif il-maġġoranza tan-nies fl-isptarijiet huma nies li għadhom ma ħadux it-tilqima tal-booster.
Boris Johnson appella lil dawk mhux imlaqqma, sabiex jisimgħu mill-Awtoritajiet u mhux l-informazzjoni mhux veritiera li hemm fuq il-midja soċjali.
Qal kif dawn in-nies mhumiex jirrealizzaw il-pressjoni li hemm fuq l-Awtoritajiet tas-Saħħa u qed jagħtu każ l-informazzjoni mhux xjentifika minn fuq il-midja soċjali.