Is-suċċessur tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistenni jitħabbar aktar tard illum hekk kif il-Partit Konservattiv Ingliż jinsab għaddej bl-elezzjoni għall-mexxej il-ġdid.
Mal-mija u sittin elf membru tal-Partit ivvotaw f’din l-elezzjoni, bit-tellieq bejn Jeremy Hunt u Boris Johnson mistennija tintemm ftit qabel nofsinhar tal-lum.
Ir-rebbieħ jieħu l-ġurament bħala Prim Ministru tar-Renju Unit għada, wara li llum May tmexxi l-aħħar seduta Parlamentari f’Westminster.