Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson eskluda kompletament li jkun hemm estensjoni oħra tal-perjodu li fih kellu jintlaħaq ftehim dwar il-kummerċ bejn pajjiżu u l-Unjoni Ewropea wara Brexit. Il-perjodu tranżitorju għandu jintemm fl-aħħar ta’ din is-sena, iżda n-nuqqas ta’ qbil wassal għal xnigħat li l-perjodu ta’ transizzjoni seta’ jiġi estiż sal-bidu tal-2021.
Jidher li kemm is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan u l-Mexxej tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż, Nicola Sturgeon, huma tal-fehma li l-perjodu jiġi estiż sas-sena l-ġdida.