Johnny Logan, Dana International u l-kantanti kollha Maltin li pparteċipaw fil-Eurovision Song Contest – ilkoll se jkunu miġbura fil-Valletta Waterfront għal avveniment uniku.
Waqt il-programm ta’ Deo Grech fuq One Radio tħabbar li dan se jsir nhar l-14 ta’ Lulju, bil-qliegħ kollu jmur għall-Malta Community Chest Fund. Fost il-kantanti Maltin se jkun hemm Myriam Christine, Renato, Fabrizio Faniello, Debbie Scerri u Chiara, akkumpanjanti mill-orkestra tal-PBS.
Mhux eskluż li ma’ Johnny Logan, li rebaħ il-Eurovistion tliet darbiet, u Dana International, jissieħeb isem internazzjonali ieħor.