John Zammit, li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali ser jibqa fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet dan l-aħħar rebaħ l-elezjoni għal President meta kien ikkontestat minn Stephen Mifsud.
John Zammit s’issa ilu 17 il-sena fit-tmun tal-Federazzjoni. Daniel Borg Oliver żamm ukoll postu bħala Teżorier wara li hu wkoll rebaħ lil kontestant Ryan Spiteri.
Joe Bajada minn naħa tiegħu kien ikkonfermat bħala Segretarju Ġenerali tal-istess Federazzjoni wara li ma kienx ikkontestat.