John Newman, kantant ta’ fama mondjali rinomat għad-diski tal-widna tiegħu huwa wieħed mill-mistiedna speċjali fost artisti oħra lokali li ser jagħtu spettaklu biex pajjiżna jiftaħ is-sena l-ġdida.
Dan l-ispettaklu televiżiv ser jixxandar b’mod dirett mill-Forti Sant’ Iermu fuq l-istazzjonijiet lokali fosthom fuq l-istazzjon ONE mid-disa’ u nofs ta’ filgħaxija il’ quddiem biex jitgawda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Mat-tokki ta’ nofs il-lejl imbgħad ser ikun hemm ukoll wirja kbira ta’ logħob ta’ nar fil-Port il-Kbir.
ONE News żar il-preparamenti li qed isiru ġewwa l-forti Sant Iermu għall-ispettaklu tal-lejla fejn hemm tkellimna mal-kantant internazzjonali John Newman. Fost l-aktar popolari mal-udjenzi Maltin, mis-suċċessi tiegħu, hemm il-kanzunetta ”Love me again”.
Dwar it-tibdil li kellu jsir fl-arranġamenti tal-ispettaklu minħabba l-pandemija tal-Covid-19, huwa stqarr li issa dan it-tibdil draħ minħabba li s-settur li jaħdem fih intlaqat sew mill-pandemija. Madankollu, stqarr li jinsab kuntent li l-Maltin u l-Għawdxin xorta waħda ser ikunu jistgħu jgawdu l-ispettaklu li ser joffri.
Huwa tenna, “I’m so used to the changed plans now. I think it’s the thing that happens every time, we are just lucky to do gigs, we are lucky to do this, whatever gig is exciting. I am bringing my new kind of dj, live show to Malta. It’s energetic, it’s fun and hopefully people will enjoy it from home.”
Newman qalilna kif fl-ispettaklu tal-lejla ser ikun qed jesperimenta b’diski u enerġija ġdida li żgur ħa tinżel tajjeb mat-telespettaturi.
Newman qal, “I want to give this new live show, this new dj hybrid where I’ve remixed my tracks and then give it a lot more energy, so it’s gonna be really exciting to see that around the world and I think I’ve done 4 shows of it now and testing it out making sure it all works getting ready for next year so this is kind of the beginning so its’ exciting but yeah i think it will catch people off guard, I think they will be like woah as it is very energetic but hopefully they like it by the end.”
Fl-aħħar, meta mistoqsi dwar l-esperjenza tiegħu ġewwa Malta u jekk hux se jerġa jiġi lura s-sena d-dieħla huwa weġibna hekk.
Huwa stqarr ukoll, “One thousand percent, I don’t know if it’s the pandemic but is it normally this peaceful and tranquil? It’s so nice like I literally called my wife I was like I could live here like I could live in Valletta I think it’s such a nice place. It feels really cultured, it feels really nice, I just feel really welcomed and there are such beautiful surroundings as well, I think the sun helps as well.”