John Buttigieg m’għadux il-kowċ ta’ Sliema Wanderers FC hekk kif wara laqgħa li saret tard ilbieraħ filgħaxija ż-żewġ partijiet waslu fi ftehim sabiex tintemm ir-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
Ilbieraħ filgħodu l-kumitat ta’ Sliema Wanderers FC, immexxija mill-President Keith Perry, sejjaħ laqgħa importanti sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni preżenti tat-tim hekk kif mal-bidu tas-sena 2019 t-tim ma rebaħx logħba.
It-telfa tas-Sibt kontra Mosta FC fissret eleminazzjoni mill-FA Trophy, kompetizzjoni li hija għall-qalb kull partitarju Slimiż.