Skeda oħra tal-programm ”Cash Ride” tibda l-Erbgħa 7 t’April fid-9pm fuq ONE. John Bundy ser ikun qed iwassal dan il-kwiżż divertenti minn ġo xarabank tipika Maltija.
3 kontestanti jikkompetu f’kull programm waqt li x-xarabank tibda ssuq għad-destinazzjoni tagħha. Kull kontestant mistieden iwieġeb 12-il mistoqsija tajba, biċ-ċans li juża 2 ‘jokers‘, ‘google‘ u telefonata. Il-kontestant għandu 3 ċansijiet. Jekk jitlef dawn it-3 ċansijiet, il-vjaġġ tax-xarabank jieqaf biex il-kontestant jinżel minn ġo x-xarabank fejn ikun!
Għal aktar informazzjoni żur: https://www.facebook.com/cashridemalta
Segwi l-promozzjoni ta’ Cash Ride hawn: