Ftit tal-ħin ilu Birkirkara FC ħabbru li John Arne Riise irriżenja mill-kariga li kellu bħal direttur sportiv b’effett immedjat minħabba raġunijiet personali.
Il-Club karkariż irringrazzja lin-Norveġiż għax-xogħol tiegħu mal-Club filwaqt li awguralu għal- futur.
Mark Buttigieg mistenni jkompli jmexxi lit-tim ghal kumplament tal-istagun.