Tfal li jgħixu fir-reġjun Tramuntana ngħataw l-opportunità biex isemmgħu leħinhom u jipparteċipaw l-ewwel Kunsill Reġjonali Tramuntana tat-Tfal fil-kumpless ta’ Reġjun Tramuntana f’San Pawl il-Baħar.
Kienu bosta tfal li semmgħu leħinhom dwar kif jixtiequ jaraw il-lokalitajiet tagħhom.
Il-President ta’ Reġjun Tramuntana, Clifford Galea Vella, qal kif jinsab kuntent li bħala Reġjun taw din l-ewwel opportunità lit-tfal u adoloxxenti biex isemmgħu leħinhom u jipparteċipaw direttament f’kunsill; f’dan il-każ fil-Kunsill tar-Reġjun Tramuntana.
Huwa spjega kif “Din il-faxxa tas-soċjetà hija mogħnija b’ideat importanti li jsawru futur aħjar li minnu se jgawdu huma stess għaliex se jgħixuh huma nnifishom ukoll qabel xejn. Aħna fid-dmir li dak li nwettqu llum ikun ta’ ġid mhux biss għall-preżent imma anke għal dawk li telgħin u għad iridu jiġu warajna. Inħarsu ‘l quddiem biex ninkludu lil kulħadd.”
Din kienet l-ewwel laqgħa minn bosta li se jkunu qed isiru mat-tfal ta’ lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex fix-xhur li ġejjin. Dawn qed jittellgħu mit-tim ta’ The RIGHTS Project mill-Fondazzjoni Maltija għall-Benesseri tas-Soċjetá