Ħabs f’Chowchilla,Kalifornja, qed joffri korsijiet lill-priġunieri li qegħdin f’dan il-ħabs. Iżda żgur li dan il-ħabs mhuwiex wieħed kif naraw is-soltu hekk kif il-priġunieri qed jingħataw iċ-ċans li jsegwu lezzjonijiet ta’ hairdressers fost oħrajn.
Biex isegwu dawn il-korsijiet iridu jżommu mar-regoli tal-ħabs u jkollhom imġieba tajba, filfatt, hemm għexieren ta’ priġunieri oħra li qed jistennew biex isegwu dan il-kors ta’ 1600 siegħa li mbagħad iwassal biex ikunu eliġibbli għall-eżami provdut mill-Gvern.
Dan se jkun qed jagħti tama ġdida lil dawn il-priġunieri ladarba joħorġu mill-ħabs biex b’hekk ikunu jistgħu jsibu impjieg. Tgħid din hija s-sistema li aktar ħabsijiet għandhom jaddottaw?