Joe Mizzi nħatar bħala Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera.
Mizzi twieled il-Kalkara u studja fl-iskejjel Primarji tal-Kalkara u l-Birgu. Huwa studja fl-Istitut Tekniku ta’ Raħal Ġdid u kiseb ċertifikat ta’ Marine Radio Officer. Wara kompla jistudja wkoll l-elettronika fil-livell avvanzat.
Għal diversi snin Mizzi serva bħala Ministru f’diversi dekasteri. Wara huwa kompla jaqdi d-doveri tiegħu bħala deputat Laburista.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli awgurat Mizzi fl-irwol il-ġdid tiegħu. Hija rringrazzjat lis-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield tal-ħidma tiegħu u awguratlu għall-kariga l-ġdida tiegħu