Joe Grima, mibgħut speċjali għall-Organizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, irriżenja minn din il-kariga. Dan wara li fl-aħħar jiem reġa’ kien f’nofs kontroversja b’rabta ma’ kummenti li għamel. Anke jekk Joe Grima, se jiftaħ tliet libelli b’rabta ma’ kif dawn il-kummenti kienu interpretati, Grima ta r-riżenja li kienet aċċettata mill-Prim Ministru.