Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio spiċċa kellu joħroġ għonqu għall-attakk li fetaħ ħaten Beppe Fenech Adami fuq id-deputat Alex Borg, fejn għajjru żiemel ta’ trojja.
Fil-fatt f’post fuq il-midja soċjali tiegħu Giglio li hu mbiegħed mill-establishment Nazzjonalista kkonferma l-eżistenza tal-fazzjonijiet hekk kif iddeskriva dak li kiteb Cassar bħala “attakki bla sens minn min suppost qed jiġbed l-istess ħabel bħalna”.
Ftit tal-ħin wara li telgħet din il-post Borg mar jirringrazzja lil Giglio fil-kummenti.