L-eks Viċi President, Amerikan, Joe Biden waqt dibatittu l-Ħadd wiegħed li jekk ikun nominat ser jagħżel mara bħala l-Viċi President. Dan saħqu wara li ġie mistoqsi kif beħsiebu jamministra d-drittijiet tan-nisa fil-prattika, jekk jiġi elett President f’Novembru li ġej.
Ir-rivali tiegħu Bernie Sanders tenna li jikkunsidra li jagħżel rappreżentazzjoni feminili wkoll fl-amministrazzjoni tiegħu. Huwa sostna li huwa importanti li tinnomina mara b’viżjoni progressiva u tenna li dawn hemm ħafna minnhom.
Din id-deċiżjoni tiggarantixxi li d-demokratiċi se jkollhom rappeżentazzjoni feminili permezz ta’ din l-għażla.