Il-President Elett tal-Istati Uniti Joe Biden tlaqqam għall-Covid-19 f’xandira diretta fuq it-televiżjoni, biex fi kliemu juri li l-vaċċin huwa sigur.
Ma’ Biden tlaqqmu wkoll il-Viċi President Amerikan Mike Pence u l-Ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi.
Jidher ukoll li s’issa tlaqqmu mal-nofs miljun persuna madwar l-Istati Uniti kontra l-COVID-19.