Fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda l-President Amerikan Joe Biden appella biex ikun hemm l-għaqda fost diversi pajjiżi, anke fid-dawl ta’ xi kriżijiet li seħħew fix-xhur li għaddew. Fost dawn hemm is-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Fl-indirizz tiegħu Joe Biden ħabbar li l-Gvern Amerikan se jkun qed jirdoppja l-finanzi sabiex tiġi miġġielda s-sitwazzjoni tat-tibdil fil-klima sal-elfejn u erbgħa u għoxrin.
Is-sitta u sebgħin Assemblea Ġenerali li qed titlaqqa’ bħalissa fi New York, hija kkaraterizzata minn diskussjonijiet fuq il-kriżi tat-tibdil fil-klima u anke l-pandemija.
Intant, Biden ħabbar ukoll li l-Amerka se tagħti nofs biljun doża aktar tal-vaċċin Pfizer li pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. B’hekk l-Istati Uniti se tkun qed tagħti b’kollox biljun vaċċin lil dawn il-pajjiżi.
L-esperti qed jgħidu li ħdax-il biljun doża hija meħtieġa sabiex minn tal-inqas sebgħin fil-mija tal-popolazzjoni globali tkun imlaqqlma.