Ftit tal-ħin wara li ħa l-ġurament biex sar is-46 President tal-Amerika, Joe Biden iffirma 15-il ordni eżekuttiva.
Fost l-ordnijiet li ffirma kien hemm waħda dwar l-obbligu tal-ilbies tal-maskri.
Biden iffirma wkoll ordnijiet sabiex ireġġa’ lura deċiżjonijiet li ttieħdu taħt it-tmexxija ta’ Donald Trump, rigward il-kwistjonijiet tal-immigrazzjoni u l-bidla fil-klima.
Fil-fatt l-Amerka se terġa’ tissieħeb fil-ftehim ta’ Pariġi li jiffissa tnaqqis fl-emissjonijiet favur l-indirizz tat-tibdil fil-klima.
Ordnijiet eżekuttivi huma ordnijiet li l-President Amerikan jista’ jordna b’mod legali mingħajr l-awtorizazzjoni tal-Kungress Amerikan.
Huwa jrid jiffirma biss ordnijiet eżekuttivi fuq livell federali u kemm il-darba l-Kungress Amerikan ma jkunx kuntent bihom jista’ jneħħihom iżda issa d-Demokratiċi ta’ Biden għandhom maġġoranza kemm fil-Kamra tar-Rappreżentanti u anki fis-Senat.