Jobsplus ingħatat żewġ Premjijiet tal-Bronż fil-kategoriji Chief Learning Officer of the Year u Human Resources Professional fit-tmien edizzjoni annwali tas-Stevie® Awards.
L-entità tal-Gvern ġiet onorata, permezz tal-Inġinier Chris Micallef, Maniġer tad-Dipartiment (People Management) tagħha, fil-kategorija Great Employers.
ls-Stevie Awards jirrikonoxxu l-aqwa employers fid-dinja u l-professjonisti tar-riżorsi umani, timijiet u kisbiet relatati li jgħinu biex imexxu postijiet tax-xogħol.
Ir-riżultat ġie żvelati nhar it-Tnejn, 18 ta’ Settembru, fil-Lukanda Marriott Marquis fi New York City. Aktar minn 1,000 nomina minn organizzazzjonijiet ta’ kull daqs fi 28 pajjiż ġew sottomessi din is-sena għal konsiderazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ kategoriji relatati mal-HR .
Aktar minn 125 professjonist madwar id-dinja ħadu sehem fil-proċess ta’ ġudizzju biex jintagħżlu r-rebbieha ta’ din is-sena, fosthom JobsPlus.