Il-kandidat il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Salvu Mallia nfexx jattakka lill-Prim Ministru Joseph Muscat, billi qal li huwa l-agħar ħaġa li ġrat f’pajjiżna mill-pesta l’hawn.
Dan waqt attivitá politika tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat, Għawdex, li kienet indirizzata minn Simon Busuttil. Busuttil reġa’ sejjaħ il-baġit soċjali bħala wieħed kożmetiku.
Anke jekk b’dan il-budget żdiedu l-pensjonijiet għat-tieni darba Busuttil qal li dan hu budget ta’ propoganda u bluff.
Fil-gżira Għawdxija attakka ukoll l-investiment ta’ 200 miljun ewro fir-riġenerazzjoni tal-isptar t’Għawdex.