F’dawn l-aħħar erbà snin, Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat il-bdiewa kienu prijorità fil-ħidma tal-Gvern. Fil-Għargħur, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar miżura mistennija ferm li se ttejjeb ħajjet il-bdiewa.
Dan hekk kif il-Partit Laburista qed iwiegħed li jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja biex imexxi l-pajjiż se jkun qed jiġi assigurat li jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-qbiela bejn bidwi u ieħor. Iżda mhux biss, Gvern Laburista qed iwiegħed li l-bdiewa mhux se jibqgħu jħallsu taxxa bl-għan li aktar żgħażagħ jidħlu fis-settur.
F’sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba taħt it-tinda fil-Għargħur, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li din il-miżura se tkun qed tagħti sinjal ċar li post il-bdiewa fis-soċjetà huwa stmat.
Joseph Muscat jispjega l-miżuri li se twassal biex il-bdiewa ma jħallsux taxxa: